Vittoriosa Stars

Per Ludos ad Astra

National League 100 Anniversary Cup

Valletta   3   Vittoriosa.S   0

Kif mistenni, Valletta kkwa­lifikaw għar-rawnd li jmiss tal-MFA 100 League Anniversary Cup meta fis-Centenary Sta­dium, huma għelbu lit-tim tal-Ewwel Diviżjoni, Vittoriosa Stars, bl-iskor ta’ 3-0 bi tliet gowls ta’ Ian Zammit.

Il-kowċ Belti, Ton Caanen, għażel li jserraħ numru ta’ players regolari bħal Andrew Hogg, Edmond Agius, Njongo Priso, Terence Scerri, Jamie Pace u Jordi Cruyff.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota kienet tal-Beltin meta fl-għaxar minuta xutt sabiħ ta’ Dyson Falzon kien mdawwar f’korner minn Henry Bonello.

 L-ewwel azzjoni tal-Istars waslet fl-14-il minuta meta freekick b’saħħtu ta’ Leontin Chitescu għadda ftit gholi fuq il-lasta difiża minn Nicky Vella.

Fid-19-il minuta, Valletta fet­ħu l-iskor meta minn korner qasir fuq il-lemin, Kevin Sammut qassam il-ballun lil IAN ZAMMIT li mill-viċin għeleb lil Bonello.

Man-nofs siegħa logħob, daqqa ta’ ras ta’ Dylan Grima għaddiet fuq il-mimduda biex qabel tmiem l-ewwel taqsima, Zammit tilef ċans faċli b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Sitt minuti fit-tieni taqsima, Valletta għamlu l-iskor 2-0. Kross ta’ Grima mil-lemin, Dyson Falzon pprova jindirizza l-ballun bir-ras fejn sab lil IAN ZAMMIT żmarkat li ma żbaljax.

Gilbert Agius resaq viċin fil-65 minuta b’daqqa ta’ ras oħra minn kross ta’ Steve Bezzina mix-xellug.

F’kontrattakk għat-tim ta’ Winston Muscat, fid-69 minuta, Beppe Muscat qassam tajjeb lejn Henry Makinwa fuq il-lemin iżda x-xutt tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Tliet minuti wara, minn freekick ta’ Leontin Chitescu, daqqa ta’ ras tajba tas-sostitut Johann Spiteri għaddiet ftit barra.

Madankollu, ħames minuti mit-tmiem, Valletta skurjaw it-tielet gowl tagħhom meta minn freekick ta’ Agius, IAN ZAMMIT għaqqad il-hat-trick b’ daqqa ta’ ras li għelbet lil Bonello.

VITTORIOSA.S: Henry Bonello, Justin Camilleri, Jonathan Xer­ri, Jeffrey Chetcuti, Brandon Bonnici, Beppe Mus-cat, Paul Camilleri (Johann Spiteri 58), Leontin Chitescu, Elton Vella (Lucian Xerri 85), Clayton Micallef (Michael Borg Olivier 65), Henry Makinwa.

VALLETTA: Nicky Vella, Ro­derick Briffa, Steve Bezzina, Luke Dimech, Steve Borg, Gilbert Agius, Dylan Grima, Stefan Giglio (Terence Scerri 78), Ian Zammit, Dyson Falzon (Edmond Agius 69), Kevin Sammut (Justin Grioli 68).

National League 100 Anniversary Cup Round 1

Vittoriosa.S   4    Dingli   1

Vittoriosa Stars pattew għat-telfa li ġarrbu kontra l-istess Dingli Swallows fil-partita mill-Ewwel Round tal-U*BET FA Trophy meta eliminawhom mit-Tazza Anniversarja f’partita li huma kienu l-aħjar tim b’mod speċjali wara t-tkeċċija ta’ Shawn Tellus wara nofs siegħa logħob. Min-naħa tagħhom Dingli fetħu l-iskor kmieni fil-partita iżda mbagħad sofrew ir-rimonta tat-tim mill-Kottonera.

Dingli ħolqu l-ewwel azzjoni wara biss seba’ minuti meta xutt fil-baxx minn qagħda tajba ta’ Andre Rocha da Silva għadda ftit barra. Huma komplew jinsistu u fl-10 minuta fetħu l-iskor meta Kevin Borg twaqqa’ fil-kaxxa minn Clayton Micallef, ir-referee ordna penalty li minnu ANDRE ROCHA DA SILVA ma falliex.

Vittoriosa pprovaw iwettqu reazzjoni u fis-16-il minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Henry Makinwa għadda barra. Il-logħba kompliet tkun waħda kumbattuta u f’nofs l-ewwel taqsima xutt fil-baxx ta’ Beppe Muscat ġie mxellef minn Shawn Tellus iżda minkejja li l-ballun bidel id-direzzjoni il-goalkeeper avversarju rnexxielu jsalva. Fit-28 minuta Vittoriosa rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs meta Clayton Micallef ikkrossja lejn Brandon Bonnici, dan kompla lejn HENRY MAKINWA li kkonkluda fix-xibka mill-viċin.

Żewġ minuti wara Vittoriosa marru fil-vantaġġ meta Henry Makinwa ħarab lid-difiża u hekk kif daħal fil-kaxxa twaqqa’ minn Shawn Tellus u r-referee minbarra li keċċa lill-istess difensur ta’ Dingli ordna penalty li minnu LEONTIN CHITESCU ma falliex.

Wara l-mistrieħ l-andament baqa’ l-istess u fit-53 minuta Vittoriosa żiedu gowl ieħor meta xutt mill-viċin ta’ Henry Makinwa stampa mal-mimduda u fit-tentattiv li jikklerja Renato Conceicao tefa’ fix-xibka tiegħu stess. Dan il-gowl naqqas mir-ritmu tal-partita, b’Vittoriosa jibqgħu juru l-aħjar ideat. Filfatt għalkemm Dingli resqu viċin li jnaqqsu l-iskor minn free-kick ta’ Haruna Doda, fid-79 minuta Vittoriosa komplew ikabbru l-iskor meta MICHAEL BORG OLIVIER twaqqa fil-kaxxa minn Etienne Farrugia, għal darb’oħra r-referee ordna penalty li minnu l-istess attakkant ma falliex.

VITTORIOSA.S: H. Bonello, J. Camilleri, C. Micallef, J. Chetcuti (G. Agius, 86’), B. Bonnici, B. Muscat, J. Spiteri (L. Scerri, 82’), L. Chitescu, E. Vella, M. Borg Olivier, H. Makinwa (C. Cachia, 70’).

DINGLI.S: I. Cassar, R. Conceisao, S. Tellus, R. Spiteri (C. Azzopardi, 46’), H. Doda (d. Camilleri, 78’) K. Formosa, D. Cachia, K. Borg, M. Borg, A. Rocha da Silva (E. Farrugia, 46’), D. Zarb.

 

 

Idhol Membru

Merhba

Merhba fis-sit ta Vittioriosa Stars. F'din is-sit issibu dak kollu li ghandu x'jaqsam ma Vittoriosa Stars. Inheggukon biex izzuru spiss din is-sit u thallu il-kumenti u suggerimenti taghkom fil-Guestbook taghna.

Loghob li jmiss:

No upcoming events

Join Us