Vittoriosa Stars

Per Ludos ad Astra

Il-futball fil-Birgu

Kulhadd jaf li l-loghba tal-futbol dahhluha fostna l-inglizi fl-ahhar snin tas-seklu dsatax. Ghalhekk hija haga naturali li l-ewwel Maltin li gew biswit din il- loghba gdida kienu dawk ta' l-ibliet ta' madwar il-Port. It-tlett ibliet storici ta' Bormla, l-Isla u l-Birgu, minhabba ir-rabta kbira li kellhom mat-Tarzna, kienu min ta quddiem li haddnu l- loghba tal-futbol.

Ghall-habta ta l-1890 diga kien hemm tliet timijiet f'Bormla filwaqt li l-ewwel tim fl-Isla twaqqaf fl-1985 taht l-isem ta' Isola United. Fil-Birgu il-futbol beda ftit aktar tard, ghall-anqas safejn nafu s'issa.

Fl-ewwel snin tas-Seklu Ghoxrin, l-aktar tim Malti li kien organizzat tajjeb kien dak ta' l-istudenti tal-kullegg ta' San Injazju f' San Giljan. Dan it-tim kellu il-grawnd tieghu fil-kullegg u kien jilghab kontra l-aqwa timijiet ta' dak iz-zmien, Maltin u Inglizi. Dan it-tim kien kiseb hafna successi u tista tghid li kien gheleb lil kulhadd, inkluzi it-timijiet tas-St. Georges u tal -Floriana.

Vittoriosa Melita

Fl-1902, fost il-lista twila ta' timijiet li laghbu kontrijhom l-istudenti tal-kullegg tal-gizwiti nsibu wiehed bl-isem ta Melita FC. Dan it-tim aktarx li kien it-tim ta' Vittoriosa Melita li Kellu is- sedi tieghu fil-kazin tal-banda tal-Birgu. Din il-loghba storika ntlaghbet fit-12 ta' Jannar ta' dik is-sena u safejn nafu din kienet l-ewwel loghba li ha sehem fiha t-tim l-antik tal-Vittoriosa Melita. It-tim tal-Birgu ftit li xejn mar tajjeb f'din il-loghba ghaliex tilef bl-iskor kbir ta 11-2 !

Fl-1906, certu Felic Grima guvni ta mhux akta min dsatax il-sena waqqaf jew ahjar rega waqqaf it- tim tal-Melita.Grima kien jorganizza loghbiet ta' hbiberija kontra timijiet ohra peress li dak iz-zmieni ma kienx ghadu beda l-kampjonat.

Il-Junior League

Ghaddew hames snin sakemm ergajna ltqajna mat-tim ta' Melita. Fl-istagun 1907-08, kien gie organizzat kampjonat bejn timijiet taz-zghazagh. Hadu sehem sitt timijiet fosthom it-tim tal-Birgu.

Din il-kompetizzjoni kienet wahda interessanti hafna. Mill-bidu nett deher car li l-aqwa zewgt timijiet kienu dawk ta' Melita u r-Royal Artillery Buglers. Fl-ewwel loghba li ntlaghbet fit-8 ta' Dicembru 1907, it-tim ingliz kien gheleb lit-tim tal-Boys Empire League 1-0 fil-"Parade Ground" tal-Furjana. Il-gimgha ta' wara Melita rebhu l-ewwel loghba taghhom 2-0 kontra Dockyard Athletics fil-grawnd l-antik ta' Rahal Gdid fejn illum hemm il-knisja ta' Kristu Re.

Fit-tieni loghba taghhom, l-RA's ghelbu facilment lit-tim ta' Dockyard Athletics bl-iskor ta 4-0. Fl-istess hin, Melita marru l-Marsa fejn ghelbu lit-tim tal-Liceo 1-0. RA's komplew b'rebha ta' 3-0 kontra Liceo fil- grawnd taghhom fil-fortizza ta' Ricasoli. Interessanti nghidu hawnhekk li wahda mill-kundizzjonijiet biex tiehu sehem kienet li tim ried ikollu il-grawnd tieghu. Il-Melita kien l-unika tim li ma kellhomx grawnd taghhom u ghalhekk kellhom jilghabu l- loghbiet taghhom kollha kemm huma away.

Iz-zewg protagonisti baqghu jirbhu. Il-loghba deciziva bejnithom kellha tintlaghab f'Jannar ta' 1908 fil-grawnd ta' Rikazli imma l-Melita pprotestaw ghax riedu li l-loghba tintlaghab fi grawnd newtrali. Il-protest ta' Melita ma ntlaqax u ghalhekk it-tim tal-Birgu ma nizilx ghall-loghob. L-Artillieri gew dikjarati rebbieha tal-kompetizzjoni imma aktar tard is-suldati sportivament accettaw li jilaghbu l-loghba l-imhassra kontra Melita.

Ir-replay intlaghbet fil-11 ta' April 1908 fil- grawnd ta' Tigne'. Madwar 600 spettatur raw lit-tim tar-Royal Arttillery jirbah loghba verament interessanti bl-iskor ta 3-1.

It-tazza tax-Shamrocks

Fl-istess zmien, tefa ta' gebla boghod mill-Birgu, fl-Isla, kien ghadu kif twaqqaf it-tim ta Senglea Shamrocks. Ma jistax jonqos li bejn iz-zewg timijiet girien tinholoq pika kbira. Ghalhekk fl-1908, iz-zewg timijiet iltaqghu ghal-loghba ghal tazza tal-fidda. F'Mejju ta dik is-sena, iz-zewg rivali iltaqu darbtejn, kull darba l-loghba tispicca darw. It-tielet u l-ahhar loghba intlaghbet fil-grawnd ta' San Klement f'Bormla quddiem folla kbira ta madwar 2500 spettatur.

Kmieni fit-tieni taqsima, Mifsud fetah l-iskor ghall-Birgu. Melita issa bdew jifthu attakk wara l-iehor sakemm fit-78 minuta, Micallef gheleb lil Piscopo fil-lasta ta' l-Isla b'xutt qawwi. Shamrocks qamu fuq taghhom u ghall-kumplament tal-loghba thabtu kemm felhu biex isalvaw il-loghba. Kien fadal biss ftit minuti ghat-tmiem tal-loghba meta Senglea gew moghtija penalty. Paretti skorja imma ma kienx fadal aktar hin u Melita rebhu t-tazza tal-fidda. Din it-tazza kienet mizmuma b'ghozza kbira min-nies tal-Birgu u tawha l-isem tax-Shamrocks' Cup.

Kienu l-ewwel snin tal-futbol izda deher bic-car li f'Malta diga kien hawn plejers tajbin. Fost il-plejers tal-Melita ta' dak iz-zmien insibu dawn: German, R.Graham, Mallia, E.Depasquale, C.Rodgers, J.Dingli, J.Rodo, A.Mifsud, D.Bosco, J.Micallef, Felic Grima u Cikku Grima.

Dan ta l-ahhar baqa maghruf l-aktar ghall- kwistjoni li nqaghlet fl-1913-14 bejn Hamrun Spartans, St.Georges u Floriana li baqghet maghrufa bhala l-storja tal- "Hamsa Cikk".

Il-loghba ghat-Tazza tan-National

Fis-17 ta' Dicembru 1910, Melita laghbu ghal tazza kontra tim tal-Valletta United fin-National Grawnd li kien ghadu kemm fetah f'tal- Pieta' hdejn ic-cimiterju ta' Braxia.

L-ewwel taqsima ghaddiet minghajr ebda incident imma wara l- intervall, inqala' hafna nkwiet u glied bejn il-plejers u l-ispettaturi.Curmi skorja ghal Valletta u s-supporters Beltin qabzu fil-grawnd u l-loghba twaqqfet ghal aktar minn 10 minuti. Il-loghob rega' beda imma ghal darba ohra rega' nqala' l-inkwiet u din id-darba l-loghba giet abbandunata.

Ir-replay saret tliet xhur wara fid-19 ta' Marzu 1911 fl-istess grawnd. Din id-darba l-organizzaturi hasbu ghal referee tajjeb. Mr. Tarbox tar-Royal Engineers kien referee kwalifikat ta' l-FA Ingliza. Mexxa tajjeb u l-loghba spiccat minghajr inkwiet. Din id-darba l-Beltin irnexxielhom jirbhu bl-iskor ta' 1-0.

Il-Melita jiehdu sehem fil-kampjonat

Fl-istagun li ghadna kemm semmejna l-Melita kienu applikaw biex jiehdu sehem fil-kampjonat tat-tazza li kienet qeghda tinzamm fil-grawnd tan-National imma forsi minhabba t-telfa li hadu kontra Valletta rega bdielhom u taw walkover lir-rivali kbar taghhom Senglea Shamrocks.

Is-sena ta' wara hadu sehem fit-tazza atl-Mile End fejn wara li gew draw ta' 1-1 kontra Sliema Wanderers, tilfu r-replay. Fiz-zewg staguni ta' wara Melita hadu sehem fil-kampjonat u ghalkemm m'ghamlux affarijiet kbar lanqas qatghu figura hazina. Fl-ahhar ta dak l-istagun faqqghet il-Gwerra l-Kbira u t-tim tal-Melita zarma ghal kollox.

Vittoriosa Rovers

Fl-1914 deher tim iehor fil- Birgu bl-isem ta' Vittoriosa Rovers. Dan il-klabb li ha post Vittoriosa Melita fil-kampjonat kellu l-kazin f'numru123 Strada Dietro il Quartiere. It-tim il-gdid laghab l-ewwel loghba tieghu kontra Msida Rangers u tilef bl-iskor ta' 4-0

Il-Rovers kellhom hajja itwal min dik ta' Melita. Bejn l-1916 u l-1930, hadu sehem hames darbiet fl-oghla divizjoni tal-kampjonat Malti. L-ahjar stagun taghhom kien dak ta' l-1923-24 meta spiccaw runners-up fil-kampjonat u finalisti fil-Cousis Shield u fl-Empire Sports Ground Cup. Fiz-zewg okkazjonijiet tilfu kontra Sliema Wanderers bl-iskor ta 3-1 u 2-0 rispettivament. F'dan l-istagun hadu sehem ukoll fil-Cassar Cup li kienet l-aktar tazza prestigjuza fl-istorja tal-futbol Malti.

Plejers maghrufa ta' din l-epoka kienu il-goalkeeper Balzan, Cacciattolo, A. Chetcuti, S.Galea, Brincat, Schembri, Sevasta, Hili u Galdes. Dan ta' l-ahhar kien inghazel f'April 1925 biex jilghab ghall-MFA XI kontra Hajduks u kien skorja t-tieni gowl fir-rebha ta' 3-1 li t-tim Malti kien ghamel fuq tim Jugoslav.

 

Wara dan l-istagun it-tim ta' Vittoriosa Rovers sparixxa ghal kollox mix-xena tal-futbol Malti, ghalkemm wara l-gwerra kien deher tim iehor li kien igib dan l-isem. Dan it-tim kien jiehu sehem fl-Anglo Maltese Junior League u fl-Associate Members League.

Vittoriosa FC

Vittoriosa FC kien tim zghir tad-dilettanti li kien jopera fis-snin ta' wara l-Ewwel Gwerra. Ftit li xejn nafu dwar dan it-tim hlief li fl-istagun 1922-23 ha sehem fil-kampjonat tat-Tielet Divizjoni. Milli jidher ma kienx xi tim tajjeb wisq ghaliex f'din il- kompetizzjoni spicca fl-ahhar post tal-kalssifika finali. Wara dan l-istagun xejn ma smajna aktar dawru.

Vittoriosa United

It-tim li rraprezenta l-Birgu fil-kampjonat wara Vittoriosa Rovers kien dak ta Vittoriosa United. Dan it-tim ma kienx wiehed gdid. Fil-fatt insibu li fl-1911 dan it-tim jew ghall-anqas tim li kien igib l-istess isem kellu il-kazin tieghu f'numru 20 Strada Dietro il Quartiere. Fl-1916 dan it-tim rega' twaqqaf mill-gdid f'numru 95, Strada San Lorenzo. Fl-1932 it-tim rega twaqqaf ghat-tielet darba u dahal fit-Tielet Divizjoni tal-kampjonat tal-MFA. Beda tajjeb u propju fl-ewwel stagun tieghu fil-kampjonat spicca it-tieni u rebah il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni.

Fl-istagun ta' wara t-tim tal-Birgu Lghab Fit-Tieni Divizjoni fejn Spicca fit-Tielet post, izda ghal xi raguni t-tim sfratta.

Vittoriosa Stars

Fl-1934 saret bidla radikali li minna twieled it-tim ta' Vittoriosa Stars. Milli jidher il-kumitat ta' Vittoriosa Sparta iltaqa ma dak ta Vittoriosa United biex tigi diskussa kif kellha issir l-ghaqda bejn iz-zewg klabbs u jitwaqqaf klabb gdid. Jista jkun ukoll li it-tim ta' Vittoriosa United sempliciment biddel ismu. Izda, kienet x'kienet ir-raguni, l-MFA qieset lil l-iStars bhala tim gdid u poggiethom Fit-Tielet Divizjoni. Il- motto introdott fis-snin hamsin fuq inizjattiva ta Dun Jimmy Brincat huwa Per Ludos ad Astra, jew "Bil-Loghob Nitilghu fl-Istilel". Intant meta twaqqaf it-tim kellu is-sedi f'zewg postijiet. F'dak f'16 Triq Desain fejn jinsab il-klabb illum il-gurnata, u f'38 Triq il-gdida fejn kienu wara l-gwerra.

L-ewwel loghba li laghbu Vittoriosa Stars kienet loghba ta' hbieberija kontra r-reserves ta' Qormi St George's fit-30 ta' Settembru 1934.Rebhu 3-0 biex imbaghad fil- 15 ta' Ottubru ghelbu lil Zebbug Meteors 7-0 fl-ewwel loghba kompetittiva taghhom. Hekk nistghu nghidu li bdiet il-karriera ta' l-Istars fil-kampjonat Malti. Ghaddew aktar min 60 sena minn dak iz zmien. Sittin sena li fihom il-klabb ghadda minn hafna taqlib. Kien hemm staguni tajbin u ohrajn li fihom il-klabb deher sejjer lura. Imma kull darba il-klabb tal-Birgu rnexxielu jirkupra biex zamm il-kuluri homor u bojod tal-Belt Vittoriosa jperpru fil-grawnds taghna.

Sfortunatament ghad-dirigenti u plejers tal-klabb wara sitt staguni mit-twaqqif tieghu faqqet it-Tieni Gwerra Dinjija u l-futbol waqaf ghal kollox.

 

Fl-1938-39 it-tim tal-Birgu rebah il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. Min dak l-istagun sa l-1954-55 il-klabb ghamel hafna sforzi biex jitilghu fl-oghla divizjoni imma ghalkemm hafna drabi waslu qrib il-promozzjoni, dejjem tilfu kollox fl-ahhar. L-aktar li waslu qrib kien fl-1950-51, fl-1952-53 u fl-1953-54 fejn kull darba spiccaw fit tieni post.

Sa fl-ahhar fl-1954-55 il-holma tal-partitarji tal-Birgu sehhet u t-tim favorit taghhom rebah il-promozzjoni ghal-ewwel darba ghall-oghla divizjoni tal-Futbol Malti. Kien mument tad-deheb fl-istorja tal-klabb u ghalkemm xi snin wara il-klabb rega' irrepeta dak is-success l-istagun 1954-55 jibqa' mnaqqax b'ittri tad-deheb fl-istorja twila tal-klabb.

Il-mawra ta' Vittoriosa Stars fl-Ewwel Divizjoni ma kinitx twila. Kien stagun iebes ghalijhom. Il-livel f'din id-divizjoni kien hafna oghla min dak ta' Tieni Divizjoni u l-Birgu ma setghux jaqbdu art. Fl-ahhar tal-istagun kienu gabru biss tmien punti minn 14 il-loghba biex gew relegati.

Kien fl-FA Trophy li Vittoriosa ghamlu ftit hoss meta fil- kwarti tal-finali ghelbu lil Birkirkara bl-iskor ta' 3-2. Fis-semifinali l-iStars iltaghqu kontra Floriana 3-1 fil-loghba pjuttost facli ghat-tim Furjaniz.

Fl-istagun 1956-57 Vittoriosa Stars ghamlu attentat serju biex jirritornaw fl-Ewwel Divizjoni izda sfortunatament ma rrnexxilhomx.Spiccaw erba' punti wara l-girien taghhom St.Georges u billi dak iz-zmien kien jigi promoss tim wiehed biss, l-iStars baqghu l-art.

 

Relegati ghat-Tielet Divizjoni

Vittoriosa ghaddew hames staguni fit-Tieni Divizjoni sakemm fl-1960-61 wasal l-ghawg. Dan kien stagun ikrah ghat-tim tal- Birgu. Wara stagun jiggieldu ma Rabat u Zebbug Rangers spiccaw biex gew relegati ghat- Tielet Divizjoni. B'hekk il-Birgu bdew perjodu twil ta' ghaxar staguni fl-anqas divizjoni tal-futbol Malti.

Fl-istagun 1964-65 rebhu sezzjoni B b'mod mill-aktar facli izda mbaghad tilfu fis-Section Decider. L-istess ghamlu fl-istagun 1969-70. Ghall-anqas f'dan l-istagun kellhom sodisfazzjon li jirbhu t-tazza wara li fil-finali ghelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta' 1-0.

Sa fl-ahhar fl-istagun 1970-71 rebhu l-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. Zgur li hafna dillettanti mill-Birgu ghadhom jiftakru dan l-istagun. Vittoriosa Stars rebhu Sezzjoni C u l-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. F'dak l-istagun waslu wkoll sas-semifinali tan-Knock-Out u spiccaw biex ghalbu lil Rabat 1-0 fis-Sons of Malta Cup. Dan kien stagun verament memorabbli.

 

Vittoriosa Stars damu hames staguni fit-Tieni Divizjoni qabel ma rebhu il-promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni. Fl-ewwel sena fid-Divizjoni l-gdida waslu sal-finali tat- Tazza tat-Tieni Divizjonikontra ir-rivali dejjiema taghhom St.Georges fejn sfortunatament ghad li territorjament kienu superjuri spiccaw tilfu 3-2.

Fl-istagun 1975-76 spiccaw fit-tieni post tal-klassifika finali biex wara ghoxrin sena regghu rebhu l-promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni minghajr ismijiet kbar fit-tim. Ritorn f'gheluq is-sebghin sena mill-bidu tal- futbol fil-Birgu. Dan kollu kien possibli Ghad-determinazzjoni tat-tim zaghzugh li l-eta kienet tvarja bejn it-22 u s-26 sena. Tim li minghajr ma introduca plejers ta klassi gharaf jibqa tiela sat-tieni post, b'John Galea jispicca Top-scorer tat-tim b'7 gowls. Kellhom stagun tajjeb ukoll Mangion u Frankie Falzon.

Zewg staguni mal-kbar

Fl-ewwel stagun taghhom mal-kbar Vittoriosa Stars l-aktar li fittxew kien li jzommu posthom. kellhom bidu dizastruz u kisbu biss erba punti minn 8 partiti. Izda rkupraw tajjeb u erba' rebhiet konsekuttivi bejn tmiem l-ewwl rawnd u l-bidu tat-tieni rawnd, wahda minhom kontra Hibernians, kienu bizzejjed biex izommu posthom anki jekk gew mghejjuna mhux ftit mill-punti mitlufa mit-tims l-ohra li bhalhom kienu impenjati biex jevitaw ir-relegation.

Izda fl-istagun 1976-77 Vittoriosa ma helsuhiex. Wara l-ewwel ftit partiti Vittoriosa dehru li kienu kandidati serji, ghar-relegation. Birkirkara, Marsa u St.Georges kienu wkoll fil-periklu. Fil-fatt fil-bidu tat-tieni rawnd Vittoriosa dehru li setghu jaghmlu rimonta meta ghelbu lil Birkirkara. Kienet l-ewwel u l-unika rebha miksuba mit-tim tal-Birgu, izda ma kinietx bizzejjed u ghalhekk wara sentejn mal- kbar il-Birgu gew relegati.

Wara dan l-istagun Vittoriosa Stars dejjem baqa fid-divizjonijiet iz-zghar u anki waqghu fit-Tielet Divizjoni. Fl-1988 it-tim rega rebah il-promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni izda wara stagun wiehed biss regghu sabu ruhhom fit-Tielet Divizjoni.

Fl-istagun 1990-91 il-kumitat wahhal f'rasu li jinqalghu minn hemm u propju f'dak l-istagun rebah il-promozzjoni u championship tat-Tielet Divizjoni, minghajr ma sofra telfa wahda.

Vittoriosa rebhu Sezzjoni A wara taqtiegha harxa ma Balzan Youths, biex finalment kiennu il- Birgu li spiccaw fl-ewwel post b'26 punt, zewg punti aktar min Balzan. Ghal xi zmien kien hemm ukoll Marsaxlokk fit- taqtiegha izda dawn cedew ghal kollox wara telfa umiljanti ta' 7-0 kontra Birgu.

Fic- championship decider Vittoriosa Stars gew dikjarati champions meta ghelbu lil St.Venera 3-0.

Il-kumplament tas-snin disghin kienu snin imqallba ghat- tim tal-Birgu. Fl-istagun 1992-93 Vittoriosa rebhu l- promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni. Kien stagun tajjeb ferm fejn it-tim rebah ukoll in Knock-Out meta fil-finali ghelbu lil Zebbug Rangers 3-2. L-uniku dizappunt kienet it-telfa ta 2-0 kontra Gzira United fic-championship Decider.

Stagun difficli

l-istagun ta' wara kien l-oppost ta' dak ta qablu. Vittoriosa ma qabdux art fl-Ewwel Divizjoni. Kien stagun tassew difficli tant li mhux biss sfaw relegati izda kisbu erba' punti biss minn 18 il-partita. Fl-istaguni ta' wara Vittoriosa Stars kienu dejjem fit-Tieni jew it-Tielet Divizjoni

 

Promozzjoni fuq il-girien

 

Kien l-annu 2002, id-Derby tal-Kottonera, Birgu, Bormla. Kienet loghoba deciziva, min jitla' Second. Is-Centenary Stadium kien ippakjat bin-nies. Rebha biss kienet tiswa ghall-Vittoriosani, bi draw kienu jitilghu l-Bormlizi. Fis-16-il minuta, Charles Cuschieri fetah l-iskor ghar-Reds. Fit-38 minuta Bormla jgibu d-draw permezz ta' Joseph Mizzi. Tal-Birgu kienu ferm superjuri imma kien jonqos il-goal. Il-goal jasal, Charles Cachia bir-ras gheleb lill-goalkeeper avversarju. Hekk l-Istars rebhu l-promozzjoni. Hekk kif il-Belt Vittoriosa regghet ghal darb'ohra harget rebbieha fuq il-girien. 

Lura fil-First

Fl-istagun 2005-2006 regu rebhu l-promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni.L-2006 kienet is-sena ta' gheluq il-mitt sena ta' futbol fil-Birgu u dan ic-centinarju l-Vittoriosani iccelebrawh bil-kbir. Il-Vittoriosa Stars f'gheluq il-mitt sena regghu ghamlu taghhom il-promozzjoni ghall-First Division. Dak inhar fit-toroq tal-Belt Rebbieha specjalment f'Misrah ir-Rebha u fi triq Desain kien hemm festeggamenti kbar, kif jafu jaghmlu ulied il-Belt Rebbieha.

Fl-ewwel divizjoni

L-ewwel stagun fl-ewwel divizjoni kin wihed sodisfacenti ghal ahhar.Taht il-gwida tal-plejer kowc ex internazzjonali Ivan Zammit it-tim tal-Birgu irnexxilu izomm postu f’din id-divizjoni.Fejn bi ftit aktar fortuna stajna ghamilna ahjar.

Tajjeb li tkun taf...

 
L-Ahmar Tal-Birgu L-Ahmar Ta' Malta
 
Il-Belt Vittoriosa dejjem laghbet rwol ewlieni fl-istorja tan-Nazzjon Malti. Fil-futbol dan ir-rwol il-Penizola Rebbieha izzommu permezz tal-Vittoriosa Stars. Fi Frar ta' l-1957 it-tim Nazzjonali Malti ghamel l-ewwel dehera tieghu fix-xena internazzjonali fl-Empire Stadium fil-Gzira kontra l-Awstrija. Ghal dik il-partita storika it-tim Nazzjonali Malti libes il-flokk tal-Vittoriosa Stars. Il-loghoba kienet intemmet fi draw ta' 1-1. Hu ta' unur kbir ghall-Klabb ta' 16 Triq Desain, ghall-Birgu u ghall-Vittoriosani, li l-flokk tal-Birgu f' dik il-partita storika kien il-flokk ta' Malta kollha.

Idhol Membru

Merhba

Merhba fis-sit ta Vittioriosa Stars. F'din is-sit issibu dak kollu li ghandu x'jaqsam ma Vittoriosa Stars. Inheggukon biex izzuru spiss din is-sit u thallu il-kumenti u suggerimenti taghkom fil-Guestbook taghna.

Loghob li jmiss:

Sunday, Mar 21 at 1:30 pm
Monday, Mar 29 at 7:00 pm
Sunday, Apr 11 at 2:30 pm
Saturday, Apr 17 at 4:30 pm

Join Us