Vittoriosa Stars

Per Ludos ad Astra

K.O - Bdejna fuq nota hazina

Vittoriosa.S   1   Pieta Hotspurs   3

Fl-ewwel ħinijiet tal-partita l-logħob kien bilanċjat, b’Vittoriosa jkollhom iktar mill-pussess. Madankollu kienu Pietà li marru fil-vantaġġ fit-30 minuta meta Quelin Refalo żmarka lil CARL SAMMUT, avvanza, dar mal-gowlkeeper u tefa’ l-ballun f’xibka vojta. Pietà komplew jinsistu u ftit wara xutt minn qagħda ideali ta’ Quelin Refalo ġie salvat minn Alex Camilleri.

Wara l-mistrieħ Vittoriosa ħarġu aktar aggressivi u għalkemm kien hemm botta u risposta, fl-54 minuta Vittoriosa rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs meta Mauro Brincat żmarka lil ELTON VELLA u dan ikkonkluda fix-xibka b’xutt għar-rokna.

Il-partita kompliet tkun waħda bilanċjata u fis-67 minuta f’attakk ta’ Vittoriosa, Gary Inguanez żmarka lil Mauro Brincat iżda x-xutt ta’ dan ġie salvat minn Miguel Montfort. Għaxar minuti wara Pietà reġgħu marru fil-vantaġġ meta wara azzjoni ta’ Carl Sammut, il-ballun spiċċa f’saqajn Quelin Refalo, ikkrossja u Kurt Formosa fit-tentattiv li jikklerja tefa’ fix-xibka tiegħu stess.

Pietà baqgħu ikunu insidjużi biex kwarta mit-tmiem issiġġillaw ir-rebħa meta wara korner ta’ Quelin Refalo, Matthew Agius kompla lejn JESMOND AZZOPARDI li mill-viċin tefa’ fix-xibka.

VITTORIOSA S.: A. Camilleri, J. Camilleri, P. Aquilina, K. Formosa, B. Bonnici, G. Inguanez (S. Piscopo, 77’), P. Camilleri, J. Spiteri (J. Xerri, 74’), M. Brincat, E. Vella, J. Felice.

PIETÀ H.: M. Montfort, C. Sammut (J. Delia, 81’), C. Spiteri, B. Sciberras, S. Zampa, Q. Refalo, S. Ciscaldi, M. Marmara (J. Azzopardi, 65’), S. Grech (M. Agius, 71’), K. M. Robinson, C. Cassar.

K.O- Telfa ohra ghal Vittoriosa Stars

 Vittoriosa.S   0   Mqabba F.C   1

Fl-ewwel taqsima l-logħba kienet waħda kwieta bl-azzjo­nijiet denji fuq il-lasti avversarji jkunu skarsi.

Vittoriosa ħolqu l-ewwel azzjoni wara biss tliet minuti meta xutt minn qagħda tajba ta’ Mauro Brincat għadda barra. Ftit wara kienu Mqabba li resqu viċin il-lasti avversarji meta Martin Anastasi bidel il-ballun ma’ Vilson Causchi u x-xutt ta’ dan ta’ l-aħħar ġie salvat minn Henry Bonello. Wara din l-az­zjoni u sa tmiem l-ewwel taqsima ż-żewġ difiżi kkontrollaw bla wisq diffikultà lill-attakkanti avversarji.

Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-istess sakemm fit-68 minuta Mqabba fetħu l-iskor meta MARTIN ANASTASI kkonkluda fix-xibka b’daqqa ta’ ras mill-viċin wara cross ta’ Shawn Magro.

Vittoriosa bdew isibuha diffiċli, tant, li kienu Mqabba li reġgħu resqu viċin meta xutt minn qagħda tajba ta’ Martin Anastasi wara pass ta’ Patrick Borg ġie salvat minn Henry Bonello.

Mqabba komplew jinsistu u fit-83 minuta Vilson Causchi seraq ballun lid-difiża iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat mill-goalkeeper ta’ Vittoriosa.

Ħames minuti minn tmiem il-partita, f’attakk ta’ Vittoriosa, xutt tas-sostitut Jonathan Xerri wara pass ta’ Beppe Muscat għadda jħakkek mal-lasta.

VITTORIOSA.S: H. Bonello, C. Micallef, P. Aquilina, K. Formosa (J. Spiteri), B. Bonnici, G. Inguanez, P. Camilleri (J. Xerri), M. Brincat, B. Muscat, J. Chetcuti, J. Felice (C. Cachia).

MQABBA: K. Calleja, M. Catania, M. Bonnici, P. Grima, P. Borg, M. A. Psaila, S. Magro, M. Gauci, O. Grech, V. Causchi, M. Anastasi (C. Calleja).

Vittoriosa Stars eleminati

Balzan.Y   4   Vittoriosa.S   1

L-ewwel taqsima spiċċat fi draw ta’ mingħajr gowls iżda Vittoriosa Stars kienu sfortunati li ma daħlux jistrieħu b’gowl vantaġġ meta d-daqqa ta’ ras tal-akkwist il-ġdid, Michael Borg Olivier, ħabtet mal-mim­du­da.

Balzan Youths fetħu l-iskor, fis-60 minuta, minn PETER ANIZOBA wara li qabeż difen­sur avversarju.

Fit-73 minuta, Vittoriosa spiċ­ċaw jilagħbu bi player inqas wara li r-referee wera l-karta l-ħamra lis-sostitut Paul Camilleri għal foul professjonali fuq Peter Anizoba.

Żewġ minuti wara, il-Youths irduppjaw minn AARON AGIUS li skorja minn rebound wara li l-penalti tiegħu ġie milqugħ parzjalment mill-gowlkiper Alex Camilleri.

Fis-76 minuta, li Stars irnex­xielhom inaqqsu d-distakk minn JONATHAN XERRI iżda PETER ANIZOBA (88) u DAVID FENECH (92) issiġillaw r-rebħa għall-Youths

BALZAN.Y: F. Tabone, R. Farrugia, C. Micallef, S. Aquilina, R. Forace, B. Bondin, M. Sciortino, D. Fenech, A. Agius (C. Caruana 86), S. Shead, P. Anizoba.

VITTORIOSA.S: A. Camilleri, C. Micallef, P. Aquilina (P. Aquilina 60), J. Camilleri (E. Vella 58), B. Bonnici, J. Spiteri (L. Grima 62), J. Xerri, J. Chetcuti, G. Inguanez, J. Felice, M. Borg Olivier.

Id- Derby tal-Kottonera ghal darba ohra Vittoriosana

Vittoriosa.S   1   St.George's 0

F’partita missielta bejn żewġ timijiet rivali Vittoriosa kisbu l-ewwel rebħa fl-aħħar logħba tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara li għelbu lil St. George’s, bl-iskor ta’ 1-0. Il-logħba kienet ftit nervuża b’mod speċjali fit-tieni taqsima tant li ż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b’10 players.

L-uniku gowl tal-partita wasal, fil-35 minuta, meta Michael Borg Olivier ħarab mal-linja, xeħet cross insidjuż lejn l-iżmarkat GARY INGUANEZ li b’xutt fil-baxx ikkonkluda fix-xibka.

Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Vittoriosa spiċ­ċaw jilagħbu bi player inqas me­ta r-refere wera t-tieni karta saf­ra lil Beppe Muscat.

Fit-73 minuta, St. George’s kienu sfortunati li ma għamlux l-iskor indaqs meta x-xutt mill-viċin tas-sostitut Josef Dalli wara pass ta’ Glenn Bonello ġie miżmum minn sieq il-lasta.

ST. GEORGE’S: T. Galea, A. Bonello, E. Sevasta, B. Fenech (C. Schiavone, 87’), N. Caruana (J. Dalli, 63’), E. Amaira, C. Ciappara, A. Ewurum, S. Sciberras, G. Mallia, G. Bonello.

VITTORIOSA S.: H. Bonello, J. Camilleri, J. Xerri, J. Chetcuti, B. Bonnici, B. Muscat, C. Cachia, G. Inguanez, E. Vella, J. Felice, M. Borg Olivier.

 

 

Idhol Membru

Merhba

Merhba fis-sit ta Vittioriosa Stars. F'din is-sit issibu dak kollu li ghandu x'jaqsam ma Vittoriosa Stars. Inheggukon biex izzuru spiss din is-sit u thallu il-kumenti u suggerimenti taghkom fil-Guestbook taghna.

Loghob li jmiss:

No upcoming events

Join Us