|
Posted
on July 14, 2011 at 1:15 PM
|
|
Vittoriosa Stars komplew issahhu it-team ghal -ewwel Divizjoni b'iktar akkwisti :

- Shawn Tellus iffirma kuntratt ta' 3 snin. Tellus huwa prodott ta' Sliema Wanderers u idebbuta fil-Premier Division fl-istagun 2001/02. Fl-istagun 2003/04 gie misluf ghal sena lil Balzan Youths. Fl-istagun ta wara gie akkwistat min Marsaxlokk biex fl 2008 gie misluf ghal sena lil Qormi.FC. L-ahhar zewg staguni kien misluf lil Dingli Swallows.

- Josef Dalli iffirma kuntratt ta 4 snin ma Vittoriosa Stars. Dalli idebbuta fil-Premier fl-2006 ma St.Georges fejn dan kien l-unika team li laghab mieghu.

- Adam Spiteri iffirma kuntratt ta 3 snin mal-istars. Spiteri huwa prodott ta' Msida St.Joseph u l-ahhar stagun gie trasferit ma Sliema Wanderers.
Hemm ukoll ikkonfermati players bħal Ryan Sell, Mauro Grioli, Erin Azzopardi, Mark Barbara, Brandon Bonnici u l-goalkeeper Jean Mathias Vella.
Il-barranin li ser jilgħabu mat-tim huma Marcelo Perreira, Leonardo Rocha Dos Santos u Tassio Lopes Ferreira.
Barra minn hekk hemm il-players veterani tal-Vittoriosa Stars li jinkludu lil Larry Lagana', Stephen Calleja, Justin Camilleri, Lucian Scerri u Johann Spiteri. Ghal dan l-istaġun reġa wkoll ingħaqad il-player zagħzugħ Sammy Piscopo u akkwistajna s-servizzi ta' player żagħżugħ ieħor, Clayton Spiteri.
L-ewwel tim ser juza' wkoll is-servizzi ta' players zgħazagħ promettenti li għadhom jilgħabu fil-kampjonat ta' taħt id-19-il sena. Dawn huma Dillon Pace, Clifton Piscopo, Justin Zammit u Kieran Zammit.
L-iskwadra għadha qed tingħaqad bil-mod il-mod u fil-futur qarib jingħata iktar tagħrif permezz ta' dan is-sit fuq il-players ġodda.