| Posted on February 2, 2012 at 4:50 PM |
Meta wasalna fit-tieni round tal-first division, il-Vittoriosa Stars hadmu sabiex isahhu t-team u ghalhekk itejbu l-prospetti taghhom. L-ewwel bidla kienet dik tal-coach fejn gie ngaggat is-Sur Oliver Spiteri. Is-Sur Spiteri huwa kowc b'esperjenza vasta fl-ghola divizjonijiet u anki fit-timijiet nazzjonali.
Minbarra l-coach, gew ingaggati wkoll hames players godda li jinkludu zewg players barranin li huma Gary Muir u Ramon dos Santos.
Gary Lee Muir twieled fil-15 ta' Dicembru 1985 fi Glasgow. Kien jilghab ma' diversi klabbs fosthom Airdrie FC (Skozja), Lisburn FC (Irlanda) Ballymena FC (Irlanda) u Antigua GFC, klabb ta' l-ewwel divizjoni fil-Guatemala. Jilghab bin-Numru 17 fil-pozizzjoni ta' Midfielder.
Ramon dos Santos huwa gie trasferit b'self minghand Valletta FC. Huwa twieled fit-28 ta' Gunju 1985 u huwa braziljan.
L-iskwadra zdiedet ukoll b'zewg players Maltin, Luke Vella Chritien u Kevin Robinson. Luke Vella Chritien twieled nhar id-19 ta' Marzu 1986, joqghod San Gwann. Kien jilghab ma' San Gwann u Tarxien Rainbows. Jilghab bhala Right Back jew Right Wing. Kevin Robinson twieled fis-7 ta' Awwissu 1974 f'Lincoln gewwa l-Ingilterra. Kien jilghab ma' diversi klabbs fl-Ingilterra izda l-ahhar klabb tieghu kien il-Pieta' Hotspurs. Jilghab fil-pozizzjoni ta' Midfielder.
Fl-ahhar izda zgur mhux l-anqas, bi pjacir ergajna akkwistajna s-servizzi tal-player mill-Birgu, Leighton Grech. Leighton kien jilghab mal-Birgu s-sena li ghaddiet u kien gie ngaggat ma' Birkirkara qabel rega' inghaqad mal-klabb taghna.
Nawguraw lill-coach u lill-players godda kif ukoll lil dawk li kienu maghna mill-bidu.
.
Categories: None